.

Latest News:
Saggio 2008
Wara li sena l ohra konna mpenjati bil Kuncert li kien sar gewwa d-Dolmen Hotel, is-Saggio ta' dik is-sena ma kienx sar minhabba l-impenn kbir li kien jinvolvi dan l-stess kuncert.  Din is-sena rega rritona s-Saggio 2008 u nista nejd li iritorna bil-kbir ghaliex kull min gie jista jixhed dan.  Hoss perfett, direzzjoni tajba u muzika li tinzilek ghasel.  Hekk nista niddeskrivi dak kollhu li sar gewwa s-Sala principali tal-Kazin taghna.  Muzika li kollha kemm hi kienet mehuda mil films jew cartoons li saru bejn 1937 u 1997.  Zgur li l-ghazla tas-Surmast Direttur Mro. Vincent Bonnici u l-Assistent tieghu Saviour Fenech kienet wahda tajba u li fakkret lil kull min kien prezenti fi  zminijiet different. Is-Surmast introduca kull silta kif ukoll fakkarna f’ artisti antiki li illum il gurnata m’ ghadhomx maghna......>>

New Website Launched

F’Gheluq l-hamsin sena mit-twaqqif tal-Ghaqda tant ghazieza ghalina, nahseb li kien xieraq li nohloq website gdida ghal din l-okkazzjoni. Illum il-15 ta’ Gunju 2007 ergajna ltqajna biex lkoll flimkien ntellaw din l-website f’ atmosfera hekk sabiha. Kien il-pjacir tieghi li nahdem f’ website ghal Ghaqda bhal din kif ghamilt snin qabel. Din is-sena l-stess website ufficjali tal-Ghaqda ghalqet hames snin on-line, bhekk huwa ta’ pjacir ghalija li ghal sena ohra nerga nkun l-persuna li ntellgha din s-sit. Ma nistax nghid li kienet facli biex nsib hin nahdem fuq s-sit, izda b’ ftit ghajnuna u sagriffcju stajt ntellgha dak li intom qed taraw.

Min qalbi nighidlkom grazzi, tas-support kbir li dejjem sibt minghand shabi tal-kumitati. Proset tax-xoghol li l-Ghaqda qed taghmel u l-festa tajba lil kulhadd. Viva l-ewwel u l-aqwa banda ta’ Birzebbuga.


Kxif tal-Irhama Kommemorattiva mill-E.T. Mons Arcisqof P. Cremona O.P.
Ftit jiem qabel il-Festa, il-Gimgha 27 ta' Lulju 2007, l-Arcisqof ta' Malta, E.T Mons Pawlu Cremona ser izur Birzebbuga u waqt din iz-zjara ser jonorana bil-prezenza tieghu meta ser ibierek irhama li tikkomemora l-50 sena ta' l-Ghaqda tant taghna. 

Akkademja Muzikali u Strumentali

Fl’ Okkazjoni tal-Hamsin Sena tal-Ghaqda Muzikali San Pietru fil-Ktajjen, il-Kumitat haseb biex jikkomemera dan l-aveniment billi orrganizza Akkademja Vokali u Strumentali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birzebbuga Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar. 

Il-programm li kien taht il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, l-E.T. Edward Fenech Adami, kien varjat  u mpenjativ hafna.  Zgur li siltiet bhal A Maria, The Prayer, Panis Angelicus, In a Monastery Garden, Jesus Joy of Man’s Desiring, Va Pensiero fost ohrajn paxxew il-widna ta dawk kollha prezenti.  Zewg siltiet ohra li kienu specjali hafna kienu il-Kantata ta’ San Pietru jew kif maghruf ‘L-Innu l-Kbir’, kliem u muzika tal ex-suramast tal-Banda, Mro. Frank Galea.  Dan l-innu irregalah lill-Ghaqda waqt cerimonja tal-hatra tieghufis-sena 1981.  Silta ohra li ndaqqet hija L-Omaggio A San Pietro miktuba mil Profs. Mro. Charles Zammit li kien l-ewwel surmast tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen, u kkompona dan l-innu ta’ tifhir lil San Pietru.  Fuq inizjattiva ta’ l-assistent surmast Saviour Fenech, inghatat il-muzika lill Chev. George Bianchi sabiex jinseg il-kliem ta tifhir u kif xieraq lil Kbir Patrun taghna San Pietru. 

Ma nistax ma nsemix il-partecipazzjoni tal brava il-Mezzo Sopran Lucienne Cassar li hija mir-rahal taghna kif ukoll membru tal-istess ghaqda, il-Kor l-Amadeus Chamber Choir, is-Sopran Michelle Cachia Castelletti, it-Tenur Brain Cefai u il-Baxx Albert Buttigieg fejn kollha taw interpretazzjoni tajba hafna.

Grazzi mill-qalb lill dawk kollha li ikkontribwew, specjalment lill Kumitat, Kummissjoni Hamsin Sena u tal-Kummissjoni Banda.
Hajr specjali lis-Surmast Direttur Chev. Mro. Vincent Bonnici K.T.L., li tahtu kienet id-direzzjoni, Saviour Fenech u Matthew Fenech li ghamlu l-ghalmu taghhom biex il-muzika maghzula tinzel tajjeb u tigi apprezata, kif ukoll lill-Bandisti kollha li taw is-sehem shih taghhom.

Il-preparazjoni, il-hidma, l-impenn u sagrifficji kienu kbar, izda zgur li kif ghadda kollox u tara li kollox mar kif mixtieq tispicca tiehu sodisfazjon kbir.  J’Alla din is-sena anniversarja tkompli fuq it-triq it-tajba ta success taht il-harsien tal-Princep tal-Appostli, San Pietru.

"L-Akkademja Muzikali u Strumentali, Success kbir ghal Ghaqda taghna" - Joe M. Zahra
Nieħu l-okkażżjoni biex minn qalbi nirringazzja lil kulmin ta sehmu biex l-Akademja Vokali u Strumentali li ġiet imtella’ il-bieraħ is-Sibt 24 ta’ Frar fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa kellha suċċess daqshekk kbir.

Nirringrazzja lill-uffiċjali u membri tal-Kumitat Eżekuttiv, l-uffiċjali u l-membri tal-Kummissjoni 50 sena anniversarju, lill-kummissjonijiet kollha u lill-membri kollha tal-Għaqda tagħna.

Nirringrazzja lis-Surmast Direttur Vincent Bonnici, lill-Assistant Surmast Saviour Fenech , lil Matthew Fenech, lill-bandisti, lill-kantanti u lill-membri ta’ l-Amadeus Chamber Choir.

F’okkażżjoni bħal din inkun qed nonqos jekk ma nirringrazzjax lil kulmin fl-aħħar 50 sena ħadem biex il-Għaqda tagħna hi dak li hi llum. Għalhekk minn qalbi nirringrazzja u nifraħ lill-Presidenti u uffiċjali li mexxew din il-Għaqda, lis-Surmastrijiet kollha tal-Banda u lill-membri kollha.

Bdejna tajjeb dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Ejjew inżommu l-istess ritmu. Għaqda li ilha fuq saqajha 50 sena u baqgħet tikber m’hemmx dubbju li ser tkompli timxi ’il quddiem. Jien ċert li bil-ħidma ta’ kulħadd din il-Għaqda għandha futur sabiħ.

 
Latest News:

> Quddies ghal Erwieh Mejtin

> Saggio 2008 - Photos

>
High Tea & Tombla

>
Kumitat Ezeukuttiv Gdid

>
Lyrics tad-Diska l-Gdida

Mid-Djarju tar-Regatta
Klabb Regatta Birzebbuga
Picture of the Day:

Il-Hrug ta' San Pietru min Nicca


Website designed and maintained by Reuben Camilleri and Fyodor Zammit
Website hosting services provided by Storm Design (Malta) http://www.storm-design.net
All design, images and content is Copyright protected (c) Palazz San Pietru 2007