| Segretarju jitkellem ghal
ewwel darba fuq l-Website Ufficjali tal-Ghaqda - Martin Camilleri |
|
|
F’dan l-ewwel messagg nixtieq nibda
billi nsellem lil membri u ammiraturi ta’
l-Ghaqda Muzikali San Pietru fil-Ktajjen.
Bla mistenni gejt imhajjar sabiex
nokkupa din l-kariga wara li Mario Dalli
ma setghax ikomplu f’din il-kariga,
liema kariga li dam jokkupa tmien snin perswaz
li qdieha b’impenn assolut u ta’ dan
zgur li haqqu r-rikkonoxximent taghna
Ilkoll. Nixtieq nsellem ukoll lil David
Grixti l-ex kaxxier ta’ l-Ghaqda Ii
rrizenja ftit gimghat ilu.
Din il-kariga ggib maghha piz kbir, pero
ninsab cert li l-ghajnuna tal-kumitat
kollu, sotto kumitati u il-membri ta’ l-Ghaqda
se nasal biex inwettaq l-ahjar gid
ghall-Ghaqda bi skop wiehed li inkomplu
bil-hidma taghna b’risq il-festa
tal-Patrun taghna San Pietru.
Wara l-festi kbar li flimkien
iccelebrajna fis-sena 2007 fl-okkazzjoni
tal-festi tal-hamsin sena mit-twaqqif ta’
l-Ghaqda zgur li kull wiehed u wahda
minnha ghandu ghax ikun kburi bil-livell
gholi li fih iccelebrajna dan l-avviniment.
Tul din s-sena ta’ hidma ghandna diversi
progetti li inridu nwettqu ghalhekk
qeghdin nitolbu l-koperazzjoni ta’
kulhadd sabiex dawn inkunu jistghu jsiru.
Nixtieq inzid li s-sahha ta’ kull Ghaqda
tinsab fil-membri taghha. Minn zmien
ghal zmien kull amministrazzjoni ikollha
tiehu decizzjonijiet li gieli ma jinzlux
jew ma jintfhemux tajjeb mill-membri, pero
nemmen li dawn ikunu ittiehdu
ghall-ahjar gid ta’ l-Ghaqda skond
ic-cirkostanzi ta’ dak il-mument.
Ghaldaqstant inheggeg lil kulhadd sabiex
ikomplu nzommu l-ghaqda ta’ bejnietna u
nheggu aktar nies jinghaqdu maghna biex
ilkoll flimkien nahdmu sabiex ikollna
festa sabiha an unur il-Patrun taghna
San Pietru fil-Ktajjen. |