| Kaxxier Gdid
jirringrazzja lil membri tal-fiducja li wrew fih!! - Anthero Agius |
|
|
Nixtieq nibda bil-kelma
GRAZZI. Grazzi lil kaxxier ta’ qabli
David Grixti ghal hidma tieghu tul il
hames snin li ghaddew u tad-dedikazzjoni
u sagrificcju li rwol bhal dan
jirrikjedi. Lil-kumitat li wieghed li
ser jatini kull appogg f’dan l-inkarigu
l gdid u lil membri kollha kemm dawk li
kienu prezenti ghal laqgha generali
straordinarja u li approvawni bhala
kaxxier gdid ta’ l-Ghaqda kif ukoll
dawk il-membri kollha li ferhuli u
awgurawli affarijiet sbieh.
Ix-xoghol ta’ kaxxier mhux wiehed facli
ghaliex ghal dawn l-ahhar hames snin
kont il-vici kaxxier u naf kemm
il-kaxxier kien jahdem biex igib
il-fondi mehtiega li socjeta’ bhal
taghna jkollha bzonn biex tibqa fuq
saqajha. Illum il problemi zdiedu ghax
kollox joghla u kull ma tmiss b’idejk
jiswik hafna flus. Pero’, bis-sahha
taghkom lkoll wasalna f’pozizzjoni tajba
hafna. Dan ghaliex il-kazin ga beda
jiehu r-ruh u dejjem nippruvaw kemm
jista jkun nirrangaw u nsebbhu d-dar
taghna.
Progett li kien diga
ghaddej u li huwa ppjanat li jitlesta sa
April li gej huwa l-frontuspizju. Hekk
kif qal il-president, dan ser jsebbah u
jikkumplimenta mal- faccata maestuza
tal-kazin taghna. Min hawn nixtieq
nirringrazzja lil kull min taghna d-donazzjoni
tieghu sabiex nwettqu dan il-progett
fosthom lil Marlene Pullicino illi
kkontribwiet soma sostanzjarja sabiex
dan isir.Kif tafu
is-sena li ghada kif ghaddiet kienet
sena memorabbli ghal-Ghaqda taghna
ghaliex kienet tfisser il-hamsin sena
mit twaqqif taghha. Ghalhekk kif rajtu
ghamilna l-ghalmu taghna sabiex il-festa
tkun wahda li ma tintesix malajr. Dan
gab mieghu spejjez addizjonali aktar
mis-soltu, ghalhekk nitlob l ghajnuna
taghkom sabiex tghinuna halli
finanzjarjament nergghu nqumu fuq
saqajna u nergghu nibdew nahsbu
f’affarijiet ohra. Kif tistghu taraw fil-bar
tal-kazin twahhlet karta fejn fiha
qeghdin jitnizzlu d-donazzjonijiet
taghkom bl-ismijiet u nimlewhom f’kaxxa
sakkem naqtawa. Dawn il-fondi huma mezz
ta’ ghajnuna biex nkopru l-ispejjez li
kellna l-festa li ghaddiet. L-ghajnuna
mhux biss bid-donazzjonijiet sbieh
taghkom pero wkoll bl-attendenza taghkom
fl-attivitajiet li norganizzaw fejn
tistghu flimkien maghna tiehdu pjacir.
Inkoragganti hafna kienet
l-attivita’ li saret is-Sibt 19 ta’
Jannar fejn kont ilni ma nara attendenza
numeruza daqshekk. Grazzi.
Nixtieq nghalaq billi
nfakkar lil kulhadd fil-menswalita’. Dan
huwa mezz iehor li bih l-ghaqda tigbor
fondi tant mehtiega. Ghad fadal hafna
membri li ghadhom ma geddewx
il-menswalita’ taghhom, ghalhekk
nheggigkom taghmlu dan u jista’ jkun
mezz ukoll sabiex niltaqghu il-kazin u
nsir naf aktar lil dawk il-membri illi
jien forsi ghadni ma tantx naf.
Nirringrazzjakom ghal
darb ohra tal-fiducja li wrejtu fija u
nispera li ma niddisappunta l hadd
ghaliex mhux b’kull decizjoni kulhadd
ikun kuntent pero’ nassigurakom illi d-decizjonijiet
tieghu flimkien ma dik tal-president u
s-segretarju jkunu dejjem ghal-gid u fl-interess
tal-Ghaqda tant mahbuba taghna. |