.

Programm Festa 2010

It-Tnejn 26 ta' Lulju 2010
Hrug minn Nicca

7.15p.m.  Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen flimkien mas-Soċjetà Filarmonika Birżebbuġa jingħaqdu f’Mass Band biex jilqgħu l-istatwa tal-Vara Titulari ta’ San Pietru Partun ta’ Birżebbuġa fil-ħruġ tagħha mill-Knisja Parrokkjali bid-daqq tal-Innu Popolari, kompożizzjoni ta’ Mro. Carmelo Pace taħt it-tmexxija taż-żewġ surmastrijiet tal-baned.

8.00p.m.  Wara  jibda marċ madwar it-toroq ta’ Birżebbuġa li jgħaddi mit-toroq: Santa Katarina. il-Knisja, Bajja Sabiħa, Profs. Anton Tabone,  Żurrieq, 13 ta’ Diċembru, il-Kostituzzjoni,  Misraħ ir-Repubblika, il-Qolla, Santa Rita, Ix-Xogħol, l-Għodda, Sant’Anġlu, is-Sajjieda u jispiċċa f’ Misraħ il-Knisja quddiem il-Palazz San Pietru.


L-Erbgha 28 ta' Lulju 2010
L-Ewwel Jum tat-Tridu

9.00 – 11.00 p.m. Brass Band fuq il-Plancier minn Big Friends Guggen Musik Band

Il-Hamis 29 ta' Lulju 2010
It-Tieni Jum tat-Tridu

7.15p.m. Biex inkomplu nġeddu it-tradizzjoni li kien beda il-mibki Dun Karm Frendo, jingħata bidu għad-dimostrazzjoni ta’ fuq il-baħar fejn l-istatwa ta’ San Pietru, xogħol l-iskultur Michael Camilleri Cauchi titlaq  mil-moll ta’ San Ġorġ, fejn dawk kollha dilettanti tad-dgħajjes u opri tal-baħar huma mħeġġa biex jakkumpanjaw l-istatwa ta San Pietru sa fejn il-moll tal-Bajja s-Sabiħa.

8.00p.m.   Mal-wasla tal-istatwa ħdejn il-pitch tal-waterpolo, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen, tagħti bidu għall-marċ, taħt it-tmexxija tas-Surmast tagħha Mro. Vincent Bonniċi billi idoqq l-Innu Popolari.  Wara l-istess Banda tibda marċ tul dawn it-toroq :il-Bajja  Sabiħa, San Patrizju,  Despott, San Filippu, San Franġisk, San Ġwann, Żurrieq, 31 ta’ Marzu, Misraħ ir-Repubblika, San Tumas, Sant’Anġlu, Santa Rita sa Triq il-Brolli.

11.00p.m.   Mal-wasla tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen, l-ewwel banda mwaqfa f’ Birżebbuġa f’Misraħ il-Knisja, nassistu għal  diska preparata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri bl’ isem ‘O Kbir Prinċep ta’ l-Appostli’ fejn wara isegwi tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestal fil-Pjazza fost l-entuzjazmu tal-folla miġbura ikun hemm id-daqq tal-Innu Marc u l-Innu Popolari.  Ikun hemm ħruq tan-nar u wara nar ta l-art f’Misraħ il-Knisja.

Il-Gimgha 30 ta' Lulju 2010
L-Ahhar Jum tat-Tridu

8.00p.m  Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tibda marċ minn quddiem il-każin bl-istandardi kollha tas-Soċjetà li jgħaddi minn dawn it-toroq : Żurrieq, Prof. Anton Tabone, Bajja Sabiħa, Triq Birżebbuġa  u Misraħ il-Knisja.

9.15 – 11.30p.m Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tagħti bidu għal Kunċert Vokali u Strumentali fuq il-planċier quddiem il-każin, taħt id-direzzjoni s-Surmast Direttur tal-Banda Mro. Vincent Bonnici bis-sehem tal Mezzo Sopran Lucienne Cassar, Thea Garrett u Jackson’s Pipe Band.  Inħeġġu lill-membri u partitarji biex jattendu għal dan il-Programm Mużikali. 

Is-Sibt 1 ta' Awwissu
Lejlet il-Festa

mit-8.00pm – Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen taħt it-tmexxija tal-Assitent Surmast Saviour Fenech, tibda  marċ miż-żona tal-Papa li jgħaddi minn dawn it-toroq, G. Marconi,  F. Nightingale,  l-Imnarja, Robert Baden Powell, G.Garibaldi, Girghien, ir-Rizza, l-Imħar, il-Borok, iċ-Ċief, il-Port Hieles, il-Kartaciniżi, San Ġwann, San Edwardu, Il-Bajja Sabiħa, Profs. A.Tabone, Sant’Anglu, Santa Rita, Brolli, Misraħ il- Knisja, sa quddiem il-Każin tal-Għaqda.

Il-Hadd 2 ta' Awwissu
Jum il-Festa

11.30p.m  Il-Banda San Pietru tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu, b’daqq ta’ marċi brijużi fost il-briju tal-partitarji.  Il-marċ jibda minn quddiem il-każin u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Brolli,  San Ġużepp, Birżebbuġa, it-Tankijiet, Santa Katarina,  San Mikiel,  San Pawl, Bajja Sabiħa, Misraħ Bush u Gorbachev,  San Patrizju, San Filippu, Bajja Sabiħa,  Prof’s A.Tabone,  iż-Żurrieq, Misraħ il-Knisja fejn jilħaq il-qofol tiegħu quddiem il-Każin tas-Socjetà u jintemm ghall-ħabta tas-2.30pm.

7.00 p.m.    Il-Banda mistiedna  Unjoni ta’ Hal Luqa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Charles Zammit, Surmast Onorarju tal-Banda San Pietru  tibda marċ mill-Bajja Sabiħa, Prof. Anton Tabone, Żurrieq, għall Pjazza. Wara bis-sehem tal-istess Banda jingħata bidu għall-ħruġ tal-purċissjoni,  bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa, xogħol mill-isbaħ  mill-iskultur Taljan Ferdinando Stufflesser.

11.00 p.m.   Il-Banda San Pietru ttemm l-impenji mużikali  għall-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Piertu  bil-marċ ta’ l-aħħar fuq il-planċier f’Misrah il-Knisja.

 



 
 

Latest News:

> Attivitajiet

> Programm tal-Festa 2011

> BBQ ta' Qabel l-Festa


> Red Alarm Get Together


> Car Stickers



Mid-Djarju tar-Regatta
Klabb Regatta Birzebbuga
Picture of the Day:

Il-Bandiera Maggura tal-Ghaqda




 

Website designed and maintained by Fyodor Zammit
Website hosting services provided by Storm Design (Malta) http://www.storm-design.net
All design, images and content is Copyright protected (c) Palazz San Pietru 2007