.

Il-Volontarjat fil-Qalba tal-hidma taghna - Joe M. Zahra President

Jien perswaz li bil-koperazzjoni ta' kulhadd ikollna festa mill-isbah, kif jixraq lil Poplu ta' Birzebbuga

Din is-sena ġiet dikjarata bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011. Il-volontarjat hu fil-qalba tas-soċjetà. Mingħajr il-ħidma ta’ tant eluf ta’ voluntieri ħafna għaqdiet ma jiffunzjonawx. Għaliex il-voluntier hu dik il-persuna li jimpenja l-ħin liberu tiegħu, il-kapaċitajiet tiegħu biex imexxi ’il quddiem ideat u ideali. Fil-każ tagħna l-kultura tal-mużika li kkontribwiet mhux ftit biex iddistingwietna minn nazzjonijiet oħra.

Għaddiet sena oħra u qed nerġgħu nippubblikaw LEĦEN IL-BANDA li jiġbor fih mhux biss dak li l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen tkun wettqet matul is-sena, iżda wkoll minjiera ta’ informazzjoni dwar  għaqdiet oħrajn fil-lokalità u anke dwar l-istorja ta’ Birżebbuġa.

L-Ghaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, hi għaqda volontarja li għandha bħala mira ewlenija dik li xxerred il-kultura tal-mużika. Dan tagħmlu billi sservi ta’ skola għal tfal u żgħażagħ li jkunu jixtiequ jitgħallmu jdoqqu strument u anke permezz ta’ programmi mużikali.

 B’wiċċi minn quddiem nista’ ngħid li din is-sena – is-sena dedikata għall-volontarjat –  ilħaqna ż-żewġ għanijiet. Qed naraw in-numru ta’ allievi jiżdied. Nosserva wkoll li matul is-sena li għaddiet żidna l-programmi mużikali li esegwejna barra Birżebbuġa u anke dawk li esegwejna f’Birżebbuġa. Minn żewġ programmi barra l-konfini ta’ Birżebbuġa issa tlajna għal erba’ – fil-Marsa, tas-Sliema, l-Gżira u Raħal Ġdid. Għall-ewwel darba, biex niċċelebraw il-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru, tellajna programm mużikali fis-sala tal-iskola primarja ta’ Birżebbuġa li mhux biss kien ta’ livell għoli iżda kellu wkoll attendenza tajba u ntlaqa’ pożittivament. Dan jawgura għas-snin li ġejjin għaliex hi x-xewqa tagħna li dan il-kunċert mużikali nkabbruh u jsir parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet tas-Soċjetà tagħna.

Iż-żieda fl-attivitajiet mużikali tfisser ukoll iktar spejjeż għas-Soċjetà. Il-finanzi huma uġiegħ ir-ras tal-Kaxxier Anthero Agius li minn qalbi rrid nirringrazzjah għad-dedikazzjoni li biha jmexxi dawn il-finanzi.  Kif nixtieq nieħu l-okkażżjoni biex nirringrazzja lis-segretarju Martin Camilleri li bħal f’kull soċjetà oħra hu l-mutur wara kull ħidma li trid issir. Dawn ukoll huma volontarji!

L-Għaqda tagħna titmexxa minn numru konsiderevoli ta’ voluntieri kbar u żgħażagħ, irġiel u nisa li jiddedikaw ħafna mill-ħin liberu tagħhom għall-iżvilupp ta’ din is-Soċjetà. Mingħajr il-ħidma tagħhom ma jsir xejn u ta’ dan irrid nirringrazzjahom f’isem il-Għaqda kollha.

Nieħu l-okkażżjoni biex nawgura festa sabiħa lill-uffiċjali u membri tal-kumitat eżekuttiv tas-Soċjetà, tal-kummissjonijiet u s-sotto-kumitati, lill-membri kollha u lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa.

Jien persważ li bil-koperazzjoni ta’ kulħadd ikollna festa mill-isbaħ, kif jixraq lill-poplu ta’ Birżebbuġa.

 

Joe M. Zahra
President






 













 

Latest News:

> Attivitajiet

> Programm tal-Festa 2011

> BBQ ta' Qabel l-Festa


> Red Alarm Get Together


> Car Stickers



Mid-Djarju tar-Regatta
Klabb Regatta Birzebbuga
Picture of the Day:

Il-Bandiera Maggura tal-Ghaqda




 

Website designed and maintained by Fyodor Zammit
Website hosting services provided by Storm Design (Malta) http://www.storm-design.net
All design, images and content is Copyright protected (c) Palazz San Pietru 2007