.

Festa tan-Nawfragju ta' San Pawl


Latest News:

> Attivitajiet

> Kumitat Ezekuttiv gdid 

> Il-Guestbook miftuh mill-gdid

> Kumm. Zghazagh entuzjasti
 

Mid-Djarju tar-Regatta
Klabb Regatta Birzebbuga
 
Picture of the Month:

Fans in-front of the spectacular club premises of our club.


Għal bosta snin, il-festa solenni tat-tifkira tan-Nawfragju ta’ San Pawl kienet titfakkar fil-25 ta’ Jannar, festa liturġika tal-konverzjoni ta’ San Pawl.

Fl-1684  Mons Fra David Cocco Palmieri sar Isqof ta’ Malta.  Dan l-isqof kien devot hafna ta’ din il-festa u kien ihoss li l-Knisja Maltija ma kenitx tiċċelebra kif jixraq din it-tifkira.  Huwa xtaq li jkun hemm ġurnata oħra u mhux tibqa’ tiġi ċċelebrata mal-festa liturġika tal-konverżjoni ta’ San Pawl.

Ġara li fis-sena 1692 il-Papa Urbanu VIII, kien ħareġ Kostituzzjoni msejħa “Universa” li fiha ordna lil l-festa tal-Protettur tal-Provinċja  kif ukoll dik tal-Protettur tal-post tal-istess Provinċja kellha tkun osservata bħala festa kmandata.

Għaldaqstant meta ħarġet din l-ordni, l-Isqof Cocco Palmieri ħataf l-okkażżjoni u f’dik l-istess sena ħareġ digriet li mhux biss iddikkjara l-Appostlu San Pawl bit-titlu tan-Nawfraġju tiegħu f’Malta, iżda ddikjara għall-ewwel darba fl-istorja l-10 ta’ Frar bħala l-ġurnata li fiha għandu jiġi ċċelebrat in-Nawfraġju.  Iktar tard huwa ħa l-passi meħtieġa kollha biex il-ġurnata tal-10 ta’ Frar tkun ikkonfermata fis-Sinodu li nżamm fil-Kattidral tal-Imdina fl-1703 biex b’hekk tidħol b’mod uffiċjali fil-kalendarju liturġiku mal-festi l-oħra ta’ Malta, festa li għadha tkun iċċelebrata sal-ġurnata tal-lum.

 

 
 
 
Website designed and maintained by Fyodor Zammit
Website hosting services provided by Storm Design (Malta) http://www.storm-design.net
All design, images and content is Copyright protected (c) Palazz San Pietru 2008