.

Klabb Regatta Birzebbuga
L-Website tal-Ghaqda Muzikali San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957 - tati spazju lil Klabb Regatta Birzebbuga

1972 – 1976

Fil-bidu tas-sebghinijiet, f’Birzebbuga gie mwaqqaf klabb tar-regatta fuq inizjattiva tas-Sur Mabbli Vella. Fil-fatt id-distrett ta’ Birzebbuga ippartecipa fit-tigrijiet tal-Vitorja ta’ l-1972, l-1973, l-1974, l-1975 u l-1976. Ghalkemm f’dawn il-hames edizzjonijiet id-dghajjes ta’ Birzebbuga qatt ma pplejsjaw fl-ewwel tlett postijiet, il-qaddiefa ta’ Birzebbuga jibqghu imfakkra ghall-qlubija u l-ispirtu sportiv li dejjem urew. Sfortunatament l-1976 kienet l-ahhar sena li l-isem ta’ Birzebbuga isemma fir-regatta.

Jerga’ jitwaqqaf il-Klabb

Pero l-affarjiet ma kienux mietu izda raqdu. Il-gibda lejn ir-regatta baqet tnemnem fi qlub ta’ xi  Birzebbugin. Kollox rega’ beda nhar l-Erbgha, 8 ta’ Settembru 2004, meta xi dilettanti minn Birzebbuga kienu qed isegwu it-tigrijiet mil-ponta ta’ l-Isla. Dawn tkellmu dwar il-possibilta li d-dghajjes bil-kuluri ta’  Birzebbuga jergghu jidhru fil-kanal. Fil-fatt il-Hamis, 16 ta’ Settembru 2004   iltaqghu  fis-Seaside Bar & Restaurant. Kullhadd kien konxju li din kienet sfida kbira u ma kienetx facli li titwettaq.

Il-Kelma bdiet tinxtered, minn favur, min kontra, min xettiku u min jghid li din se terga tkun furja. Gie ffurmat kumitat provizorju u bdew isiru il-laqghat regolarment. Saru wkoll laqghat ma xi Clubs tar-regatta u f’dawn il-laqghat sirna nafu iktar x’jirrikjedi Club tar-regatta. Kien hemm mumenti li konna se naqtghu qalbna, izda ahna bqajna nsostnu u nzommu quddiem ghajnejna li t-tfal ta’ Birzebbuga m’ghandhom xejn inqas minn haddiehor u komplejna mexjin bil-pjan taghna. Gie avvicinat ukoll l-imaghllem Guzi Aquilina (tar-ratal), u huwa mill-ewwel wera li kien se jghina u li se jkun disponibbli biex nibnu sett gdid ta’ dghajjes. Pero, b’dieqa kbira, Guzi r-Ratal halla din id-dinja xi hmistax wara.

Il-Kumitat provizorju beda jifffaccja zewg problemi krucjali – biex jigu akkwistati id-dghajjes u post fejn dawn jinzammu. Zvolta pozittiva kienet, meta is-Sur Joe Camilleri (ta’ Pazzi) , offra li jislef garaxx fil-Qajjenza, quddiem il-bahar. B’hekk issa kull ma kien jonqos kien li jinxtraw l-opri u ghall dan il-ghan gew avvicinati diversi clubs biex naraw jekk setghux ibieghu xi dghajjes milli kellhom. Sadanittant, il-kumitat provizorju beda l-kuntatti ma l-Ghaqda Regatta Nazzjonali u mal-Kummissjoni Festi Nazzjonali, fejn it-tnejn li huma dehru herqana li jilqghu lura lil Birzebbuga. Kien wasal  iz-zmien biex jibdew il-preparamenti ghall-Laqgha Generali. Gie fformulat statut u giet iddisinjata l-arma tal-Klabb. Il-gurnata maghzula kellha tkun dik tal-Hadd, 7 ta Novembru 2004. Il-Kunsill Lokali  laqa’ it-talba biex il-Laqgha issir fis-Sala tal-Kunsill. Twahhlu posters fil-Kazini u fil-hwienet ta Birzebbuga u saru diversi avvizi fuq l-Energy FM.

Is-7 ta’ Novembru 2004 waslet.  Kienet gurnata ta’ xita, izda kienet ukoll il-gurnata storika fejn kellhu jerga jitwaqqaf il-Klabb Regatta Birzebbuga. Attendenza sodisfacenti kienet prezenti ghall-Laqgha li bdiet fid-9.30a.m. Fosthom kien hemm is-Sindku ta’ Birzebbuga, tlett kunsillieri, is-Segretarju ta l-Ghaqda Regatta Nazzjonali u gurnalist ta gazzetta lokali. Bdew jissiehbu  ukoll l-ewwel membri fil-klabb.
 

 
Latest News:

> Lyrics tad-Diska l-Gdida

> Il-Gimgha Kuncert Strumentali

> Holma saret Realta

> Mil-Pinna tal-President

> Jiem ta' Ferh u Celebrazzjonijiet

> Program mil-Kummissjoni Nar

Mid-Djarju tar-Regatta
Klabb Regatta Birzebbuga
Picture of the Day:

Il-Hrug ta' San Pietru min Nicca


Il-Laqgha infethet mill-President Anton Cutajarl li ghamel diskors ta merhba. Wara gie approvat l-Istatut tal-Klabb, u f’dak il-mument rega’ twaqqaf ufficcjalment il-Klabb Regatta Birzebbuga. Kien imiss li jinhatar il-Kumitat fejn Anton Cutajar gie approvat bhala President, Justin Ebejer Segretatrju, Alex Azzopardi Tezorier,  Anthony D’Amato Direttur tad-daghjjes u Robert Camilleri, Edward Ferriggi, Michael Ferriggi, Conrad D’Amato, Lawrence Borg, Simon Micallef, Ian Polidano, Simon Vella u Marco Bonnici bhala membri. L-ewwel Laqgha tal-Kumitat saret nhar l-Erbgha, 10 ta’ Novembru 2004 fil-garaxx tas-Sur Anthony D’Amato, fi Triq San Filippu. Dakinhar inaghtaw diversi karigi u bdiet ufficcjalment il-hidma tal-Kumitat tal-Klabb Regatta Birzebbuga..

Regatta ta’ Jum il-Helsien 2005

Nhar il-Hamis, 31 ta’ Marzu 2005 wara nofsinhar, fil-Port il-Kbir, id-distrett ta’ Birzebbuga iddebutta fir-Regatta ta’ Jum il-Helsien. Il-partecipazzjoni kienet limitata ghall-zewg opri, il-kajjik u l-frejgatina. Ghalhekk kellna nistennew sat-tielet tigrija biex naraw il-kuluri taghna, l-ikhal, l-abjad u l-ahmar fil-kanal. Din kienet it-tigrija tal-kajjiki kategorija reserves . Ghalkemm ma plejsjajna fl-ebda tigrija, ir-rizultat kien sodisfacenti ghalina, u  harisna l-quddiem b’ottimizmu. Kellna kliem ta tifhir ghall-qlubija li wrew il-qaddiefa taghna

 

Wara din ir-Regatta l-entuzjazmu kompla jikber, u ghar-Regatta tal-Vitorja 2005, il-Klabb kellhu is-sett komplut ta’ dghajjes. Din ir-regatta zgur se tibqa minquxa fil-qlub tad-dilettanti tar-Regatta ta’ Birzebbuga, minhabba r-rebh ta’ l-ewwel palju ghall-Birzebbuga. Dan sehh fis-sitt tigrija  - dik ghad-Dghajjes tal-Pass b’zewg imqadef (Kategorija Open) – bid-Dghajsa Pietra. Il-crew kien kompost minn Mark Galea u Stefan Aquilina. Minn dik ir-Regatta id-Distrett ta’ Birzebbuga kompla jippartecipa b’mod regolari. Apparti minn hekk, mill-2006, Birzebbuga ippartecipat ukoll fir-Regatta li tigi organizzata ghat-tfal ta’ taht it-tmintax il-sena.

Ir-Regatta ta’ Jum il-Helsien 2007 – Palju Storiku ta’ l-Ewwel

Fir-Regatta ta’ Jum il-Helsien li saret  nhar is-Sibt, 31 ta’ Marzu 2007 gewwa l-Port il-Kbir, id-Distrett ta’ Birzebuga kiseb l-ewwel rebha tieghu,  meta fit-tigrija ghad-Dghajjes  tal-Pass b’zewg Imqadef,  il-crew kompost minn  John Martin Mifsud u Joseph Flask dahlu fl-ewwel post f’hin ta’ 5 minuti u  49 sekonda. F’dik ir-regatta Birzebbuga giet ukoll it-Tieni fit-tigrija ghad-Dghajjes tal-Pass b’erba’ mqadef.  B’total ta’ 36 punt spiccajna fit-tieni post, erba’ punti biss il-boghod mir-rebh tas-Shield.

Ir-Regatta li jmiss

Bhalissa l-Kumitat qed jipprepara bis-shih ghar-Regatta ta’ Jum il-Helsien. Fil-fatt diga gew akkwistati xi qaddiefa biex insahhu l-ekwipaggi li se jaqdfu ghad-Distrett ta’ Birzebbuga u b’hekk naghtu sfida denja lid-distretti l-ohra. Aktar dettalji ta’ kif  se jkunu komposti l-ekwipaggi jinaghtaw il-quddiem.

Barra minn hekk, ghall din ir-regatta se jigu mzanzna zewg opri godda. Dawn huma Dghajsa tal-Pass li qed tinhadem mill-Imaghllem Alex Gatt u Frejgatina li nhadmet mill-Imaghllem Toni Cassar u inaghtat l-isem ta’ Marlene id-Dentista II.

 

Paljijiet

Dawn huma l-paljijiet li ntrebhu sa issa mid-Distrett ta’ Birzebbuga:-

Regatta                              Palju               Tigrija                 Kat      Crew

Vitorja 2005                Tat-Tielet       Tal-Pass X2        A        Stefan Aquilina u Mark Galea

Jum il-Helsien 2006    Tat-Tielet       Tal-Pass X4        A        Edward Ferriggi, Manuel Magro, Stefan Aquilina u Joe Zammit

Vitorja 2006             Tat-Tielet       Tal-Pass X4        B        Edward Ferriggi, Loyd Caruana, Stefan Aquilina u Pierre Valletta

Jum il-Helsien 2007 Tal-Ewwel      Tal-Pass X2            A        John Martin Mifsud u Joseph Flask

Jum il-Helsien 2007 Tat-Tieni        Tal-Pass X4           A        Clifton Camilleri, John Martin Mifsud, Joseph Flask, Charlie Gauci

Vitorja 2007           Tat-Tielet       Kajjiki                    B        David Aquilina u Jimmy Falzon

 

Opri li ghamlu uzu minnhom l-ekwipaggi ta’ Birzebbuga u l-Imaghllmin li bnewhom.

Tal-Midalji

Santa Marija – Alfred Baldacchino (1972-1976)

Sabiha (Pine Lawn) - Alfred Baldacchino (1974-1976)

Marianna tad-Deheb – Toni Cassar (2005 -     )

Maria Carmela – Toni Cassar (2007 -  )

Frejgatini

Blue Star - Guzi Aquilina (1972-1976)

Balena - Guzeppi Delceppo (1976)

Marlene id-Dentista 1 – Toni Cassar (2005 - )

Giannina – Colin Spiteri (2007 -   )

Kajjiki

Mabbli – Guzeppi Delceppo (1974-1976)

Rikky – Toni Cassar (2005 -  )

Guzi r-Ratal – Toni Cassar (2005 - )

Karmenu Vella l-Guy – Toni Cassar (2007- )

Dghajjes tal-Pass

Lady of Lourdes – Censu Pule’  (1972-1976)

Pietra – Guzeppi Delceppo  (1973-1976)

Pietra – Lawrence Schembri (2005 -  )

 
 
 
Website designed and maintained by Reuben Camilleri and Fyodor Zammit
Website hosting services provided by Storm Design (Malta) http://www.storm-design.net
All design, images and content is Copyright protected (c) Palazz San Pietru 2007