|
Il-Katedra ta’ San Pietru, jew il-Cathedra
Petri (bil-Latin) hi relikwa
konservata fil-Basilka ta’ San Pietru,
Ruma, magħluqa f’kaxxa indurata
bil-bronz li kienet iddisinjata minn
Gian Lorenzo Bernini u maħduma fis-snin
1647-53.
Il-cathedra hu s-siġġu ta’ isqof.
Il-cathedra fil-Basilika ta’
San Pietru kienet użata mill-papiet.
Għalkemm kien maħsub li kienet użata
minn San Pietru nnifsu, din kienet
fil-fatt rigal minn ‘Charles the Bald’
lill-Papa fit-875.Is-siġġu tal-injam hu
magħluq f’kaxxa indurata bil-bronz
ddisinjata minn Gian Lorenzo Bernini u
maħdum fl-1647-53. Bħal ħafna relikwi
medjovali li ħadu il-forma tar-relikwa
li kienu jipproteġu, din hi fil-forma
ta’ siġġu. Simbolikament, is-siġġu li
Bernini ddisinja ma kellu ebda ħaġa li
tikkorispondi ma’ għamara kontemporanja:
hu magħmul interament minn partijiet
b’tinqix ornamentali li jimita r-romblu
ta’ parċmina. Dan jagħlaq b’panew baxx
fejn id-disinn tat-tappezzerija
jippreżenta lil Kristu jagħti ċ-ċwievet
lil Pietru. Figuri ta’ anġli, kważi ta’
kobor tal-bniedem, huma fuq kull naħa
ta’ panew miftuħ taħt kuxin fuq seat
tal-bronz. Ir-relikwa hi inkaxxata
gewwa. Il-cathedra hi fuq
strixxi b’tinqix ornamentali bil-ġnub
opposti jiftħu ’l barra u jidhru li qed
jappoġġjaw mingħajr sforz minn erba’
Dutturi tal-Knisja magħmula mill-bronz,
u li huma ikbar mid-daqs tal-bniedem.
Il-cathedra tidher ‘tittajjar’
fuq l-artal fl-apsidi tal-bażilika. Din
tingħata d-dawl minn tieqa ċentrali li
minnha jgħaddi id-dawl ta’ filgħodu
kmieni, li jillumina il-glorja indurata
ta’ raġġi tax-xemx u sħab skulpit li
jdawwar it-tieqa. Bħal fl-Estasi ta’
Santa Tereża ta’ Bernini, din hi
fiżjoni defenittiva tal-arti Barokka, li
tgħaqqad skultura u arkitettura
polikroma sinjura u li timmanipula
l-effetti tad-dawl.
Fil-apsidi, fejn hemm il-monument ta’
Bernini li fih hemm is-siġġu tal-injam,
hemm bil-latin il-klierm ta’ Ġesù lil
San Pietru kif jidher fil-Vanġelu ta’
San Mattew: “Inti Pietru, u fuq din
il-Blata, Nibni il-Knisja Tiegħi u
l-bibien tal-Infern ma jkunux jistghu
għaliha. Lilek fdajt iċ-ċwievet
tar-Renju tas-Sema u dak kollu li torbot
fl-art jiġi marbut fis-sema, u dak kollu
li tħoll fl-art jinħall fis-sema.”
Sew is-siġġu kif ukoll il-kliem ta’
Ġesù jidhru bħala is-simbolu
tal-awtorità tal-Isqof ta’ Ruma bħala
il-Vigarju ta’ Kristu u suċċessur ta’
San Pietru.
Festi liturġiċi
Martriloġiji tal-ewwel żminijiet
jindikaw li żewġ festi liturġiċi kienu
jiġu ċċelebrati f’Ruma, mijiet ta’ snin
qabel żmien ‘Charles the Bald’, ad unur
ta’ siġġijiet assoċjati ma’ San Pietru,
wieħed minnhom kien miżmun fil-kappella
tal-magħmudija tal-Bażilika ta’ San
Pietru, l-ieħor fil-katakombi ta’
Priscilla. Id-dati ta’ dawn
iċ-ċelebrazzjonijiet kienu it-18 ta’
Jannar u t-22 ta’ Frar. Ebda siġġu li
baqa’ jeżisti ma ġie identifikat ma’ xi
wiħed minn dawn is-siġġijiet. Il-festa
għalhekk ġiet assoċjata ma’ tifsira
astratta tas-“Siġġu ta’ Pietru”, li
b’sineddoke jfisser l-uffiċju
episkopali tal-Papa bħala Isqof ta’
Ruma, uffiċju li hu kunsidrat li l-ewwel
li kien jokkupah kien San Pietru, u
għalhekk estiż għad-dijoċeżi tiegħu,
id-Dijoċeżi ta’ Ruma. Għalkemm iż-żewġ
festi kienu oriġinarjament assoċjati
maż-żmien li San Pietru għamel Ruma,
il-forma tad-disa’ seklu tal-Martyrologium
Hieronymiamm jassoċja il-festa
tat-18 ta’ Jannar maż-żmien li San
Pietru għamel f’Ruma u l-festa tat-22
ta’ Frar maż-żmien li għamel f’Antijoka.
Iż-żewġ festi kienu
inklużi fil-Kalendarju tridentinu
bir-rank ta’ Doppju, li Papa Klement
VIII fl-1604 għolla għar-rank ġdid ta’
Doppju Ikbar. Fl-1960 il-Papa Ġwanni
XXIII neħħa mil-Kalendarju Ġenerali
Ruman tmien jiem ta’ festi li kienu
t-tieni festi tal-istess qaddis jew ta’
misteru: waħda minnhom kienet il-festa
tat-18 ta’ Jannar tal-Katedra ta’ San
Pietru. Iċ-ċelebrazzjoni tat-22 ta’ Frar
saret festa tat-Tieni Klassi. Dan
il-kalendarju ġie inkorporat fil-Missal
Ruman tal-Papa Ġwanni XXII tal-1962, li
l-użu kontinwu tiegħu bħala forma
straordinarja ta’ Rit Ruman hu
awtorizzat taħt il-kundizzjonijiet
indikati fil-‘motu proprio’ Summorum
Pontificum. Fil-klassifikazzjoni
ġdida mdaħħla fl-1969 iċ-ċelebrazzjoni
tat-22 t’a Frar tidher fil-Kalendarju
Ruman bil-grad ta’ Festa. Kattoliċi
Rumani tradizzjonali għadhom jiċċelebraw
iż-żewġt jiem ta’ festi: “Is-Siġġu ta’
San Pietru f’Ruma” fit-18 ta’ Jannar u
“Is-Siġġu ta’ San Pietru f’Antijoka”
fit-22 ta’ Frar.
Mehud mill-Wikipedia 9pt.
Maqlub ghall-Malti minn Joe M Zahra
|