.

Il-Gimgha l-Kbira f' Malta - Drawwiet


Latest News:

> Attivitajiet

> Kumitat Ezekuttiv gdid 

> Il-Guestbook miftuh mill-gdid

> Kumm. Zghazagh entuzjasti


Mid-Djarju tar-Regatta
Klabb Regatta Birzebbuga
 
Picture of the Month:

Fans in-front of the spectacular club premises of our club.


Malta, bhala pajjiz bl-eluf ta’ snin Kristjan, zgur li ma milja taz-zmien sawwab ghad ta’ tradizzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Gimgha il-Kbira, zmien li hu l-aktar importanti fil-grajja tal-Knisja Kattolika.

Nasheb li wahda minn l-aktar drawwiet popolari hija l-purcissjoni tal-Gimgha il-Kbira.   L-origini taghhom kienu bdew mill-Ordni tal-Frangiskani Minuri li kienu jiehdu hsieb il-qabar ta’ Kristu fl-Art Imqaddsa.  F’Malta l-ewwel purcissjoni saret fir-Rabat fis-seklu 16 mill-Konfraternita ta’ San Guzep.    Fl-1654 bdiet issir ukill fil-Belt minn l-istess Frangiskani Minuri  u sal-lum ghadha tohrog mill-Knisja maghrufa bhala ta’ Giezu.

Il-purcizzjonijiet mhux dejjem kienu johorgu f’Jum il-Gimgha l-Kbira.  F’Hal Qormi kienu johorgu Hadd il-Palm filwaqt li fil-Belt u l-Isla kienu johorgu fil-lejl tal-Hamis ix-Xirka.  Fl-1879 l-Isqof Scicluna kien ordna li l-purcissjonijiet  kollha jsiru fil-jum tal-Gimgha il-Kbira.  Il-vari f’Malta jinsabu il-Belt, Birgu, Hal Qormi, iz-Zejtun, Bormla, Haz-Zebbug, Gharghur, l-Isla, Hal-Ghaxaq, il-Mosta, Hal – Luqa, in-Naxxar, ir-Rabat u Rahal Gdid.  Ghawdex huma in-Nadur, Rabat Katidral u San Gorg, Xaghra, Xewkija, Ghasri, iz-Zebbug u il-Qala.

Meta gie introdott is-Sepulkru, din gabet maghha l-uzanza tal-visti tas-seba’ knejjes fejn in-nies f’Hamis ix-Xirka jew filghodu tal-Gimgha l-Kbira  jmorru jitolbu u jaghmlu vista quddiem seba sepulkri differenti. 

 

F’dawn l-ahhar snin inferxu ukoll hafna pegeants u wirjiet tal-Gimgha il-Kbira bhal imwejjed tal-appostli go kazini tal-baned, Ghaqdiet Kulturali u individwi  li zgur izidu l-kobor tal-Gimgha il-Kbira.





 
 
 
Website designed and maintained by Fyodor Zammit
Website hosting services provided by Storm Design (Malta) http://www.storm-design.net
All design, images and content is Copyright protected (c) Palazz San Pietru 2008