|
Nhar
il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2010, fil- KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta,
fl-okkazjoni tat-tielet anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali ta’
l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, ġiet iċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr.
L-Arċisqof
irringrazzja lill-Mulej għal-għajnuna kollha li jagħtih u lil dawk kollha li
jagħtu għajnuna pastorali għall-komunita’ tagħhom. Huwa semma li dik
il-ġurnata kienu qed jiġu ċċelebrati tlett festi f’wahda: il-konverżjoni ta’
San Paul, għeluq sninu u l-Anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu.
L-Arċisqof
qal li ta’ kull sena l-Mulej itiħ dwal ġodda xi jwettaq. Din is-sena l-għan
tiegħu qal huwa li jurina kif inhu ppreżentat lilna Alla l-Imbierek.
L-Arċisqof kompla billi qal fassal il-ħsibijiet tiegħu fuq tliet għanjiet
prinċipali: li jurina li l-bniedem huwa ċ-ċentru ta’ Alla, il-bniedem għandu
jkun medjatur tal-imħabba ta’ Alla u li l-bniedem għandu jixbaħ lil Alla
f’kull sens.
L-Arċisqof
temm jgħid li din is-sena aħna l-Maltin għandna xorti kbira li niċċelebraw
il-miġja ta’ San Pawl permezz taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI. Għal din
ir-raġuni qal, għandna inħejju ruħna u dejjem inkunu xempju ta’ l-imħabba.
|